Il-Partit Nazzjonalista jappoġġja bis-sħiħ kull inizjattiva li toħroġ it-talenti taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt żjara lill-ewwel edizzjoni tal-MCASTSkills Challenge.
Simon Busuttil irringrazzja lill-amministrazzjoni tal-MCAST talli, permezz ta’ din l-attività, qegħdin juru l-kapaċitajiet tal-istudenti stess. Huwa qal li żżgħażagħ huma kapaċi jaħtfu kull opportunità li tiġi ppreżentata lilhom u huwa mportanti ferm li l-istudenti jsibu mod siewi kif jesprimu l-ħiliet tagħhom. Simon Busuttil faħħar il-kwalità għolja tal-proġetti li l-istudenti rnexxielhom joħolqu f’ħin qasir.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista awgura li l-MCASTSkills Challenge tibqa’ tiġi ripetuta sabiex tkompli toffri opportunitajiet konkreti lil aktar studenti. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista jagħti sostenn sħiħ għal aktar okkażjonijiet bħal dawn.
Min-naħa tiegħu, il-Prinċipal tal-MCAST Stephen Cachia rringrazzja lil Simon Busuttil taż-żjara tiegħu u tal-inkoraġġiment li ta lill-istudenti waqt li kienu għaddejin bil-ħidma tagħhom. Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu għallmod kif iż-żgħażagħ irrispondew għall-inizjattiva u ħarġu l-kwalitajiet tagħhom.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-Kelliem għallEdukazzjoni Bikrija u Obbligatorja George Pullicino, u mill-kandidati għallelezzjoni ġenerali George Muscat u Roselyn Borg Knight.
//= $special ?>