Kultura Lokali

IL-MIXJA – fil-ġonna tal-Palazz tal-Verdala

Għall-10 sena konsekuttiva, Vermiglio Theatre Productions se jkunu qed itellghu dramm tal-Passjoni b’differenza.

Il-Produzzjoni ‘Il-Mixja’ se tkun qed tiġi organizzata l-ġonna madwar il-Palazz tal-Verdala, fil-Buskett, b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Net News tkellem ma’ Aaron Fenech, wieħed mill-atturi rinomati li se jkunu qed jieħdu sehem fiha.

Aaron tkellem dwar kif din il-produzzjoni se tkun differenti minn dawk ta’ snin ta’ qabel hekk kif se tkun fuq stil ta’ Promenade Theatre.

Bosta huma dawk li mistennija jattendu għal din il-produzzjoni tal-Passjoni li se tkun qed tittellgħa fuq mhedda tat-tlett ijiem matul il-Ġimgħa Mqaddsa.

Il-mixja, produzzjoni b’differenza fil-gimgha l-aktar importanti ghall-knisja Kattolika.