L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed jaħdmu biex jikkontrollaw infezzjoni li ħakmet żona fl-Isptar Mater Dei.
Minn informazzjoni li għandu netnews.com.mt, jirriżulta li l-infezzjoni hi tal-mikrobu CRE. Dan il-mikrobu hu meqjus serju ħafna għaliex hu wieħed mill-ftit mikrobi li hu reżistenti għall-iktar antibijotiċi qawwija. Dan il-mikrobu jinstab fl-imsaren b’mod naturali, iżda meta jinfirex, joħloq infezzjonijiet serji.
Il-mikrobu CRE jaffettwa persuni li jkunu rikoverati fi sptarijiet akuti u ta’ rijabilitazzjoni fit-tul. Sa issa, diversi tentattivi biex tinkiseb reazzjoni uffiċjali għal din l-aħbar irriżultaw fin-negattiv.
Net News jagħmel korruzzjoni għal dak li rraporta aktar qabel, iġifiri li l-infezzjoni qed taħkem fil-livell -1 tad-Dipartiment tal-Outpatients.
Fi stqarrija li l-Gvern ħareġ jattakka lil Net News , il-Gvern fl-ebda ħin ma’ ċaħad li fl-isptar hemm infezzjoni tat-tip CRE.
//= $special ?>