Kultura Kunsilli Lokali Lokali

Inselmu l-Memorja ta’ l-Ex Ministru Freddie Micallef

Il-Kunsill Mosti sellem il-memorja ta’ l-ex ministru Freddie Micallef b’quddiesa fis-18:30 u wara b’ċerimonja qasira billi saru diskors minn iben Freddie Micallef, il-Professur George Cassar, l-Ispeaker Anġlu Farrugia u s-Sindku tal-Mosta Ivan Bartolo.

Is-Sindku qal hekk

“Persuna tajba ma tistax ma tfakkarhiex. Infakkruha biex din il-persuna tibqa eżempju għal politiċi fil-Mosta u f’ Malta tagħna. Dik li tkun persuna ta’ kulħadd.  Bartolo qal li minkejja żminijiet iebsa li għex Micallef, dejjem żamm id f’id mal-Perit Lawrence Gatt li kienu jaħdmu għal ġid tal-komunita Mostija.

Presenti kien hemm ukol il-Ministru Lawrence Gatt li kien jaf mil-viċin lil Freddie Micallef. Kienu wkoll preżenti martu Connie u wliedu Carlo, Marija u Dino.