Raġel jitlef il-kontroll tal-mutur, u jsofri ġrieħi gravi.
L-inċident seħħ fi Triq il-Karwija f’Ħal Safi fejn raġel ta’ 32 sena li jirrisjedi ż-Żurrieq tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu Kymco. Mal-ewwel fuq il-post waslet l-ewwel għajnuna mit-tim mediku tal-ambulanza.
Aktar tard ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa. Hemmhekk hu ġie ċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Puizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>