Futbol Sport

Kampjonat BOV Premier – Imħabbra l-lista tal-plejers sospiżi

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA issospenda sitt players tal-kampjonat Premier partita kull wieħed wara l-logħob ta’ tmiem il-ġimgħa.

Il-plejers li ġew sospiżi huma Juan Carlos Corbolan ta’ Gżira United, Luke Sciberras ta’ Ħamrun Spartans, Yenz Cini ta’ Mosta, Kurt Zammit ta’ Tarxien, Tonci Radovnikovic ta’ Pembroke u Claudio Pani ta’ Valletta.

Corbolan se jitlef il-logħba li Gżira jmisshom kontra Hibernians.
Luke Sciberras ta’ Ħamrun u Yenz Cini gowlkiper ta’ Mosta se jitilfu l-logħba bejn Ħamrun Spartans u Mosta ta’ nhar it-Tnejn li ġej.

Kurt Zammit u Radovnikovic se jitilfu l-logħba bejn Pembroke u Tarxien filwaqt li l-player Taljan ta’ Valletta Claudio Pani se jkun sospiż għall-partita tas-Sibt Birkirkara.