L-eks-President kontroversjali Iranjan, Mahmoud Ahmadinejad, irreġistra ruħu biex jerġa jikkontesta l-elezzjoni Presidenzjali.
Dan minkejja li kien imwissi biex ma jagħmilx dan mill-mexxej Suprem Iranjan l-Ayatollah Ali Khamenei.
Ahmadinejad, estremista li kien serva żewġ mandati bejn l-2005 u l-2013, u issa niżżel ismu bħala kandidat għall-elezzjoni li se ssir fid-19 ta’ Mejju.
Stqarr li dan kien biss parir tal-Ayotallah. Hassan Rouhani, il-President preżenti li nnegozja l-ftehim nukleari mal-potenzi dinjija, għad irid jirreġistra ismu imma hu mistenni li jerġa’ jikkontesta.
//= $special ?>