Id-difensur ta’ Borussia Dortmund Marc Bartra ġie operat f’idu wara li weġġa’ meta x-xarabank tat-tim Ġermaniż intlaqtet minn splużjonijiet tal-bieraħ filgħaxija. Plejers oħra ta’ Dortmund qalu li kienu maħsuda wara l-attakk li wassal biex il-logħba kontra Monaco tħassret.
L-isplużjonijiet seħħu ftit wara t-8.00pm filwaqt li x-xarabank kienet qed tħalli l-lukanda L’Arrivee Hotel and Spa fi triqtha lejn l-istadium. Il-gowlkiper ta’ Borussia Dortmund Roman Burki kien jinsab bilqiegħda ħdejn l-Ispanjol ta’ 26 sena, u qal li meta l-isplużjoni seħħet, Bartra ntlaqat minn biċċiet ta’ ħġieġ imkisser.
Il-kelliem għal media ta’ Dortmund Sascha Fligge qal li Bartra kien operat fl-għadma tal-polz tal-lemin. Kelliem għal pulizija kkonferma li l-kundizzjoni ta’ Bartra nbidlet minn midrub ħafif għal imweġġa’ serjament. Il-kelliem għal klabb ikkonfermat li x-xarabank tat-tim issaħħet aktar bil-ħġieġ.
//= $special ?>