Lokali

Net Television u Radio 101 ikomplu jżidu l-udjenzi

Wara li din il-ġimgħa tħabbar li netnews.com.mt jinsab mal-aktar għaxar websites popolari f’Malta skont is-sit Alexa.com, f’temp ta’ sitt ġimgħat, issa tħabbru riżultati pożittivi wkoll għal Net Television.

Skont l-aktar stħarriġ riċenti tal-awtorita’ tax-Xandir Net Television kompla jżid l-udjenzi tiegħu.

Fl-aħħar sena Net Television żied l-udjenzi tiegħu b’0.6%. Minn 10.7% fi Frar 2016, Net Television żied l-udjenzi għal 11.3%. Bejn Ottubru li għadda u Frar Net Television żied l-udjenzi b’1.6%.

Radio 101 ukoll kompla jżid l-udjenzi tiegħu. Minn kważi 8% fi Frar 2016, għal 9.1 % fi Frar li għadda.

L-aktar programmi segwiti fuq Net Television huma It’s Morris, Min Imissu u Santa Monika.

Life & Style hu l-aktar magazine programme popolari fil-ħinijiet tiegħu. Kif ukoll diversi programmi oħra li żiedu fl-udjenzi tagħhom.