– Ċensu Galea, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea qal li qed ikun hemm problemi kbar għall-priġunieri li jkunu skontaw is-sentenzi fil-ħabs u jmorru lura fis-soċjetà.
Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu parlamentari dwar l-Abbozz ta’ Liġi li Jemenda l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi, Ċensu Galea tkellem dwar l-importanza tar-rifomi fil-persuni li jidħlu l-ħabs u qal li nofs il-priġunieri llum m’humiex Maltin. Dan hu taħlit li qed jirriżulta anki f’partijiet oħra tal-komunità Maltija.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza li ma jkunx hemm drammatiċità f’ċertu azzjonijiet tal-pulizija fil-konfront tal-immigranti. Hu enfażizza l-importanza ta’ programmi ta’ preparamenti biex il-priġunieri jippreparaw lilhom innfushom għal ħajja aħjar wara li jiskontaw is-sentenza.
Importanti li jkun hemm l-opportunitajiet meħtieġa lil dawn il-persuni biex huma jibdew jaħdmu fis-soċjetà. Waħda mill-ikbar problemi għall-persuni li jiskontaw is-sentenza tal-ħabs hi propju dik tal-akkomodazzjoni wara li dan joħroġ mill-ħabs.
Il-priġunieri barranin qed jiffaċċjaw ukol il-problema tal-istigma, sostna Ċensu Galea, li qal li l-parole għandu jkun ikkunsidrat mhux biss fil-kuntest tal-priġunieri fil-ħabs iżda jkun ikkunsidrat ukoll fil-kuntest tal-integrazzjoni tad-diversi aspetti inkluż dak soċjali.
//= $special ?>