Sewwieq ta’ mutur iġarrab ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza fil-Furjana.
Għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu, seħħ impatt fi Pjazza San Kalċidonju, il-Furjana – bejn mutur tat-tip BMW u karozza tat-tip Toyota Starlet.
Is-sewwieq tal-mutur li għandu 47 sena u residenti tas-Sliema, ġarrab xi ġrieħi u għaldaqstant ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. Miegħu fuq il-mutur kellu passiġġiera, mara ta’ 40 sena residenti tas-Sliema.
Is-sewwieq tal-karozza – raġel ta’ 37 sena residenti Pembroke, ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>