Iċ-ċitazzjonijiet li ngħataw mill-ispeed camera fis-Siġġiewi li huma fit-tolleranza tal-10% se jiġu rtirati. Dan tħabbar mis-Sindku tas-Siġġiewi Karol Aquilina wara li l-Aġenzija LESA laqgħet it-talbiet li għamel.
Għaldaqstant, iċ-ċitazzjonijiet li ngħataw lil dawk li weħluha saqu sa 66km/s se jkunu rtirati. Dawk li laħqu ħallsu ċ-ċitazzjoni li ngħataw u b’effett mill-bieraħ fil-5p.m, ġiet introdotta t-tolleranza ta’ 10% fl-ispeed camera tas-Siġġiewi.
Il-kwistjoni tal-ispeed camera tas-Siġġiewi inqalgħet wara li sar magħruf li din hi l-unika speed camera li toħroġ ċitazzjoni hekk kif taqbeż eżatt il-limitu ta’ veloċita’.
Fl-ispeed cameras l-oħra, kien hemm tolleranza ta’ 10% veloċita’ fuq il-limitu impost fejn ma tinħariġx ċitazzjoni. Li jfisser li l-ispeed camera ta’ Triq in-Nutar Zarb f’Ħ’Attard – fejn hemm limitu ta’ veloċita’ ta’ 50km/s – toħroġ ċitazzjoni jekk is-sewwieq jaqbeż il-55km/s.
//= $special ?>