Kunsilli Lokali Lokali

Tirriżenja mill-Kunsill Lokali minħabba raġunijiet personali

Aktar kmieni din il-ġimgħa, Josianne Cardona Gatt bagħtet ittra ta’ riżenja lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara biex tinfurmah li kienet qed tirriżenja minn Kunsilliera minħabba raġunijiet personali.

F’kumment ma’ netnews.com.mt, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Rosette Thake rringazzjat lil Josianne Cardona Gatt għall-ħidma tagħha kemm fil-lokalità ta’ Birkirkara kif ukoll fil-Partit Nazzjonalista.