Lokali Sport Sport Ieħor

Wirja pożittiva fi Split

Bejn l-1 u 8 ta’ April saru l-kampjonati Ewropej tal-weightlifting fi Split fil-Kroazja.  Malta kienet rappreżentata minn Yasmin Zammit Stevens u Kieran Mifsud li kkompetew fil-kategorija 63 kilo nisa u fil-kategorija 105 kilo irġiel rispettivament.
Zammit Stevens hija l-ewwel atleta mara minn Malta li qatt ipparteċipat f’dawn il-kampjonati Ewropej tal-kbar.  Zammit Stevens ġiet fis-seba’ pożizzjoni fil-grupp tagħha u fil-15-il post fil-klassifika finali.  Zammit Stevens irnexxiela tikser rekord nazzjonali fir-refa snatch b’ 76 kilo.
Fil-Clean & Jerk bdiet b’refa ta’ 90 kilo iżda ma rnexxieliex ittemm iż-żewġ attentati ta’ 93 kilo.
Kieran Mifsud atleta ta’ sbatax-il sena kkompeta fil-kategorija 105 kilo.
Għalkemm kien l-iżgħar atleta fil-grupp xorta rnexxielu jagħmel prestazzjonijiet tajbin, huwa rnexxielu jerfa’ 127 kilo snatch u 160 kilo Clean & Jerk għalhekk għalaq bit-total ta’ 287kilo.
Huwa rnexxielu wkoll jikser 11-il rekord nazzjonali, sitta fil-kategorija taż-żagħżagħ, u ħamsa fil-kategorija tal-kbar.
Huwa rnexxielu jikseb is-seba pożizzjoni fil-grupp kif ukoll it-23 pożizzjoni fil-klassifika finali.  Din kienet l-ewwel kompetizzjoni kbira għal Mifsud wara nuqqas minħabba li kien imweġġa.
Jesmond Caruana President tal-assoċjazzjoni Maltija tal-weightlifting f’dawn il-Kampjonati kien magħżul bħala membru tal-ġurija, filwaqt li Stephen Borg kien magħzul bħala uffiċjal tekniku.