Bejn Settembru 2015 u l-aħħar tax-xahar li għadda nstemgħu 1,045 każ fit-Tribunal tad-Drogi, li fihom kienu involuti 808 Maltin u 176 barranin, li minnhom 32 kienu riċedivi u ntbagħtu quddiem il-Bord għar-Riabilitazzjoni presedut mill-Imħallef tal-Qorti Erwopea tal-Bniedem Giovanni Bonello.
Dan jirriżulta minn diskors tal-Ispettur tal-Pulizija Jonathan Cassar meta kien qed jindirizza diskussjoni pubblika fl-okkażjoni tas-sentejn tal-Att dwar id-Dipendenza tad-Droga li kienet indirizzata wkoll mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras li appellat għar-reviżjoni ta’ ċertu liġijiet drokonjani tad-droga u sostniet li l-qorti għandu jkollhom iktar diskrezzjoni.
Il-Maġistrat Galea Sciberras għamlet riferenza għal każi ta’ persui li jinqabdu għall-ewwel darba u jintbgħatu l-ħabs u qalet li xi kultant ikun b’dieqa ta’ qalb li jkollha tissentenza persuna li għall-ewwel darba użat l-esctasy ma’ ħaddieħor għaliex f’għajnejn il-liġi dawn il-persuni huma traffikanti.
Il-Maġistrat Galea Sciberras qalet li taħt din il-liġi, pussess sempliċi ta’ ammont ta’ droga mhux punibbli b’ħabs iżda b’multa. Dawn il-każi żgħar huma tratta minn tribunal presedut minn social worker biex jitnaqqas il-piż fuq il-Qrati tal-Maġistrati. Filwaqt li laqgħet il-bilidet li saru b’mod pożittiv, il-Maġistrat Galea Sciberras qalet li ċertu aspetti tal-liġijiet tad-droga jridu jkunu irfinuati.
Hi semmiet il-mod kif it-tkabbir tal-kannabis m’għadux iġorr miegħu piena ta’ ħabs. Minkejja dan persuna li tkabbar il-kannabis għal skopijiet personali ma jistax jintbagħat il-ħabs iżda dan il-kunċett ma jistax ikun applikat għal żewġ pjanti żgħar.
Hi qalet li f’dawn il-każi hi tħossha li qed tkisser il-ħajja tal-individwu anki għaliex sakemm min wettaq ir-reat ikun beda jservi s-sentenza hu jkollu familja, spiċċa l-istudji tiegħu u sab impjieg. Il-Maġistrat Galea Sciberras qalet li l-qrati m’għandhomx ikunu daqshekk iebsa f’dawn il-każi.
//= $special ?>