Brażiljana inżammet arrestata wara li kienet akkużata li wżat credit card misruqa biex iffrodat €40,000 mill-kont bankarju tas-sieħeb Malti tiegħu.
Gleiciane Lino Achaval, ta’ 32 sena wieġbet mhux ħatja li fl-aħħar xhur serqet il-credit card u l-Gold Card tal-BOV tas-sieħeb tagħha. Hi kienet akkużata wkoll li irċeviet oġġetti misruqa u li għamlet qligħ b’qerq minnhom.
Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, semgħet kien klijent tal-BOV kien ressaq rapport lill-pulizija li fih allega li kienu nġibdu flus mill-kont tiegħu mingħajr awtorizzazzjoni tiegħu.
Il-pulizija stabbiliet li l-iskema ta’ frodi kienet imħaddma minn Achavel li kienet rekordjata fuq il-cameras tas-sigurtà tal-bank waqt li kienet qed twettaq l-operazzjoni llegali tagħha. Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li sieħeb l-akkużata, li hu vittma f’dan il-każ għadu ma tax ix-xhieda tiegħu.
//= $special ?>