Kultura

Ċenaklu fuq rit Lhudi flimkien ma wirjiet ta’ statwi oriġinali fil-Mellieħa

Bħalissa fis-sede tas-Societa Filarmonica La Vittoria għaddejja wirja ta’ Ċenaklu fuq rit Lhudi flimkien ma wirjiet ta’ statwi oriġinali tal-Artist Michael Vella, ikoni tas-Sur Vincent Mangani, pittura tal-Artist Isaac Vella kif ukoll in-Nativita, il-Golgota u t-Tisliba maħduma mit-tafal mis-Sur Christopher Bartolo.

Il-wirja ser tibqa miftuħa sa nhar il-Ġimgħal-Kbira 14 t’ April u tkun miftuħa kuljum mill-5.30p.m. – 8.30p.m., Ħadd il-Palm mid-9.00a.m. sa 12.00p.m. u mill-5.00p.m. – 8.30p.m.. F’Ħamis ix-Xirka mill-5.00p.m. – 11.00p.m. u fil-Ġimgħa l-Kbira mid-9.00a.m. sa 12.00p.m.

Il-Każin La Vittoria jinsab fil-pjazza tal-Parroċċa ħdejn il-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa.