Il-Federazzjoni Maltija tal-Judo bdiet volum ġdid fl-aħħar tas-sena li għaddiet. Bil-faċilitajiet il-ġodda issa miftuħa, diversi proġetti ta’ kostruzzjoni oħra għall-faċilitajiet ta’ madwar huma fil-proċess. Iżda li jkun hemm il-faċilitajiet m’hijiex l-unika sfida tal-federazzjoni! Issa huwa żmien li timla d-dojo bit-tfal.
Din is-sena, iċ-Champion Ewropej Aljaz Sedej żar l-iskwadra Maltija u qatgħa weekend ta’ taħriġ mal-iskwadra tal-espoir u l-kadetti. Waqt iż-żjara tiegħu pparteċipa wkoll f’festival tat-tfal.
L-attività li kien imiss kienet il-proġett iffinanzjat mill-UE, meta 6 pajjiżi ltaqgħu Malta għall-ġimgħa intensiva ta’ diskussjonijiet biex toħroġ linji gwida għall-klabbs tal-judo madwar l-Ewropa kif jistgħu jattiraw żgħażagħ żvantaġġati għall-isport u b’hekk jevitaw abitudnijiet ħżiena. Il-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, il-Ġermanja u l-Italja flimkien ma’ Malta applikaw għall-Fondi tal-UE (Azzjoni 2), li tagħti l-għodda għall-mexxejja taż-Żgħażagħ għar-riċerka u toħroġ b’soluzzjonijiet li jagħtu opportunitajiet liż-Żgħażagħ. Il-parteċipanti kellhom ukoll 2 sessjonijiet ta’ training intensiv mat-timijiet Maltin.
Bħalissa f’Malta, 69 parteċipant minn 8 pajjiżi huma fir-Residenza tal-Università fejn qed jaqsmu ideat u esperjenzi dwar volontarjat u inklużjoni għall-proġett ieħor iffinanzjat mill-UE. Il-Federazzjoni Maltija tal-Judo flimkien mal-pajjiżi msieħba tagħha ser jimxu pass ‘il quddiem fl-iżvilupp tal-għarfien dwar il-ħtieġa għall-inklużjoni soċjali ta’ persuni b’ xi forma ta’ diżabilità u dawk b’inqas opportunitajiet, u fl-istess ħin jippromwovu ċ-ċittadinanza attiva.
Ukoll dan il-weekend, fil-15 ta’ April, fl-Akkademja Maltija tal-Judo f’Pembroke, wasal iż-żmien għall-avveniment ewlieni tal-Federazzjoni – il-XXXIII Malta International Judo Open. 9 pajjiżi se jkunu qed jikkompetu fil-kategoriji tal-Espoir, Cadet u Senior. L-avveniment se jibda fid-09:30hrs bil-Fra Andrew Bertie Festival għall-Judoka żgħar. Fil-11:30hrs, se jibdew il-kategoriji tal-Espoir, segwiti mill-Kadetti u Senior.