Fuq talba ta’ Caritas International, Caritas Malta qed tagħmel sejħa għal ġbir ta’ fondi permezz ta’ Fond ta’ Emerġenza.
F’dan il-Fond se jinġabru flus biex tingħata għajnuna lill-vittmi ta’ Aleppo fis-Sirja, speċjalment fejn hemm l-aktar bżonnijiet ta’ saħħa, ilma u sanità, sistema ta’ edukazzjoni u ‘shelters’ għal dawk il-persuni li tilfu dak kollu li kellhom.
Dwar dan il-Fond ta’ Emerġenza, NET News tkellem ma’ Andrea Bonello minn Caritas Malta.
//= $special ?>
