Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani ddeċidiet li r-Russja falliet milli tipproteġi lill-ostaġġi waqt l-assedju tal-2004 fl-iskola ta’ Beslan, li fih tilfu ħajjithom madwar 330 persuna, fil-parti kbira tagħhom tfal.
L-assedju beda wara li numru ta’ ribelli Ċeċeni f’Beslan ħatfu ‘il fuq minn 1,000 ostaġġ (l-aktar tfal), bil-Qorti Ewropea, issa, tiddikjara li l-qawwiet Russi kienu bbażaw fuq ‘element sproporzjonat ta’ forza’ biex jikkontrollaw dik is-sitwazzjoni.
Hu anki sinifikanti l-verdett tal-Qorti fis-sens li ‘l-uffiċjali Russi kienu jafu dwar attakk imminenti (dak iż-żmien) iżda naqsu milli jieħdu azzjoni.
Sadanittant, ir-Russja kkundannat dan il-verdett bħala wieħed ‘totalment inaċċettabbli’ u sostniet li għandha tressaq appell.
L-ebda uffiċjal Russu, sallum, ma nżamm responsabbli għall-ammont kbir ta’ imwiet fl-assedju ta’ Beslan, fejn spiċċaw tilfu ħajjithom madwar 186 tfal innoċenti.
//= $special ?>