Mil-lum jibda l-bejgħ tal-biljetti tal-festival Tomorrowland li se jsir f’Malta.
Il-festival Tomorrowland se jsir fid-29 ta’ Lulju li ġej flimkien ma’ seba’ pajjiżi ohra. Il-kuncert ta’ fama mondjali fil-Belġju ha l-inizjattiva li jorganizza l-kollaborazzjoni internazzjonali flimkien mal-Korea t’Isfel, Ġermanja, Taiwan, Lebanon, Dubai, Spanja, l-Iżrael u Malta – b’line up ta’ DJ’s magħrufa madwar id-dinja kollha.
L-attivita’ ta’ Tomorrowland se jsir fil-Marsa Sports Grounds bi 3 DJ’s popolari. Din il-kollaborazzjoni se toffri lill-Maltin iċ-ċans li jgawdu spettaklu mill-isbaħ b’mużika mill-aqwa.
Il-kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi kollha se tkun bit-tema ta’ UNITE Tomorrowland Malta – bis-sinjifkat li jitgawda l-istess livell ta’ spettaklu mal-erba’ kantunieri tad-dinja.
//= $special ?>