Żewġ żgħażagħ Ingliżi se jgħaddu l-Għid il-Ħabs wara li tressqu l-qorti akkużati bi traffikar ta’ droga.
Huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi mressqa kontriehom u baqgħu arrestati wara li talbux il-libertà proviżorja.
Stelios Alexander Papadopoulos u Joshua Borthwick, it-tnejn ta’26 sena, kienu arrestati mill-pulizija fil-lobby ta’ lukanda f’San Pawl il-Baħar fejn kienu qed joqgħodu. Huma kienu akkużati bi traffikar ta’ ecstasy ħdejn post iffrekwentat miż-żgħażagħ.
//= $special ?>