Konfużjoni fiċ-Ċirkewwa minħabba xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-vapur Ta’ Pinu
Fiċ-Ċirkewwa bħalissa nħolqot konfużjoni hekk kif inġabru ħafna karozzi jistennew biex imorru lejn Għawdex għall-vaganzi tal-Għid meta kien qed isir xogħol ta’ tiswija fuq ir-rampa tal-vapur tal-Gozo Channel Ta’ Pinu li kien sorġut.
Min-naħa l-oħra l-vapur Gaudos kien qed iġorr il-merkanzija miċ-Ċirkewwa fl-aqwa tal-ħin tal-ivjaġġar bejn Malta u Għawdex u għalhekk il-vjaġġi spiċċaw isiru biss mill-vapur Malita.
Dan qed joħloq kunfużjoni kbira fit-terminal taċ-Ċirkewwa fejn inġabru mijiet ta’ karozzi b’familji f’xemx tisreġ.
Il-Kju jibqa’ sejjer sa Paradise Bay Hotel
