Il-bord tal-appell tal-MFA ma laqgħax l-appell ta’ Valletta FC għas-sospensjoni tad-difensur internazzjonali, Steve Borg wara li dan weħel sospensjoni ta’ erba’ partiti wara li tkeċċa fil-partita kontra Hibernians.
Valletta kienu qed jappellaw għall-fatt li Borg weħel tliet partiti oħra, mal-waħda li kellu jeħel għaliex tkeċċa meta irċieva t-tieni karta safra fil-partita. Borg weħel it-tliet partiti l-oħra għaliex ġie irrapurtat mir-raba’ uffiċjal tal-partita, intqal li d-difensur ta’ Valletta beżaq fit-triqtu ‘l barra mill-pitch. Valletta argumentaw li Borg għamel hekk għax kellu d-demm f’ħalqu u mhux b’nuqqas ta’ rispett lejn il-partitarji avversarji.
Steve Borg diġa skonta l-ewwel logħba min din is-sospensjoni u ha jkun sospiż fil-partiti kontra Birkirkara FC, St.Andrews u Tarxien Rainbows, ikun eleġibbli li jilgħab fl-aħħar konfront ta’ l-istaġun kontra Ħamrun Spartans.
//= $special ?>