Knisja Lokali

L-Arċisqof jaħsel riġlejn familja adottiva u soru fost oħrajn

Illejla saret it-tifkira solenni tal-aħħar ikla tal-Mulej li matulha l-Knisja fakkret it-twaqqif tal-Ewkaristija. Din iċ-ċelebrazzjoni fiha erba’ taqsimiet li huma l-Liturġija tal-Kelma, il-Ħasil tar-Riġlejn, il-Liturġija tal-Ewkaristija u l-Purċissjoni għall-post tal-Adorazzjoni.

Matul din iċ-ċelebrazzjoni l-Arċisqof ħasel riġlejn persuni li jirrappreżentaw lill-komunita’ nisranija, fosthom familja adottiva u soru.

Sadattant il-lejla u għada filgħodu (fis-sieghat li gejjin) fil-knejjes f’Malta u Għawdex ħafna nies (ikomplu jagħmlu) dawk li tradizzjonalment jissejħu s-Seba’ Viżti.

Isir talb u meditazzjoni dwar il-passjoni ta’ Kristu u anke purċissjonijiet qosra quddiem kull stazzjon tal-passjoni. Xi wħud iżuru seba’ knejjes differenti u jagħmlu viżta f’kull waħda. Tradizzjoni wkoll il-bejgħ tal-qagħaq tal-appostli barra l-Knejjes u fit-toroq madwar Malta u Għawdex.