Sport Sport Ieħor

Parteċipazzjoni miż-żagħżagħ Maltin f’Helsinki

Fit-Tali Bowl f’Helsinki fil-Fillandja ingħata bidu għall-Kampjonati tal-Ewropa taż-Żgħażagħ tat-Tenpin Bowling. Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ dawn il-Kampjonati fost it-28 pajjiz li qed jipparteċipaw hemm wkoll Malta . Il-Kampjonati ġew dikjarati miftuħa minn Esko Ranto, Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u Kultura tal-Fillandja fejn immedjatament wara daħlu fl-azzjoni 52 tifla u 94 tifel.
L-ewwel Maltin fl-azzjoni kienu Matthew Magro u Edward Xuereb li fid-doubles bi skor totali ta’ 2151 b’medja ta’ 179.2 spiċċaw fis-16 il-post fost 22 pajjiż.
Sara Xuereb li fl-ewwel fażi tal-gruppi kienet fit-tieni post b’1160 u medja ta’ 193.2 ġiet abbinata ma’ Sara Giwiser tal-Awstrija u eventwalment spiċċat il-kompetizzjoni tad-doubles fis-7 post minn 52 kompetitriċi.
Sofia Hultstedt u Helene Johnstrud ta-Norveġja rebħu l-medalja tad-deheb f’din il-kategorija.