Festi Kultura Lokali

Xemx fil-Ġimgħa l-Kbira; riħ nhar Ħadd il-Għid

Il-Belt Valletta
Il-Ħadd qed ikun imbassar ir-riħ li f'xi waqtiet jista' jilħaq Forza 5

It-tliet ijiem li fihom jilħqu l-qofol tagħhom iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa mistennija jkunu karaterizzati minn temp sabiħ ħafna.

Skont it-tbassir, il-Ġimgħa u s-Sibt se jkun temp sabiħ ħafna, filwaqt li nhar l-Għid mistenni jkun ftit imsaħħab. Il-Ħadd, kollox qed jindika li se jkun xi ftit tar-riħ, u sa tard waranofsinhar ilaħħaq il-qawwa ta’ Forza 5.

Ir-riħ huwa fattur ewlieni li jaffetwa lir-reffiegħa li jipparteċipaw fil-purċissjonijiet kemm tal-Ġimgħa l-Kbira u anke tal-Għid il-Kbir.

Li hu ċert, li mhux se jkollna xita f’dawn it-tliet ijiem

It-temperaturi mistennija jvarjaw bejn 18 u 21 grad celcius. B’hekk, hija wkoll skuża tajba biex f’dawn il-vaganzi wieħed jittanta jżur xi bajja għal għawma kmieni fl-istaġun.