Franċiż ta’ 20 sena weġġa’ serjament wara li dalgħodu waqa’ għoli ta’ 3 sulari fi spiera f’Kemmuna.
L-inċident seħħ hekk kif iż-żagħżugħ kien qed jiġbed ir-ritratti fiż-żona tal-Blue Lagoon, meta waqt li kien miexi hu ma rax l-ispiera u waqa’ fiha.
Fuq il-post issejħu kemm membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll paramediċi. Wara aktar minn siegħa fl-ispiera, iż-żagħżugħ ittella’ u ttieħed Għawdex b’dgħajsa u minn hemm ittieħed direttament l-Isptar ta’ Għawdex.
//= $special ?>