Ċurkett ta’ persuna bl-isem ta’ Anna, iżda li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa, instab minn membri ta’ skola tal-għads f’Wied iż-Żurrieq.
Għalkemm mhux magħruf eżattament x’inhi l-okkażjoni wara dan iċ-ċurkett, hu maħsub li hu wieħed taż-żwieġ għaliex fuq ġewwa tiegħu, minbarra l-isem ta’ Anna, hemm ukoll id-data tas-7 ta’ Diċembru 1976.
Dan iċ-ċurkett seta’ jibqa’ mitluf għal dejjem, jew inkella jinżamm minn min sabu, iżda l-membri ta’ Corsair Diving Malta għażlu li jibdew appell fuq il-midja soċjali bl-intenzjoni li sidt dan iċ-ċurkett tinstab.
//= $special ?>

