Lokali

FILMAT: Eluf jwettqu b’suċċess il-mixja ta’ Puttinu

Eluf ta' nies jieħdu sehem fil-mixja ta' Puttinu Cares mill-Mellieħa sal-Isla

Matul il-lejl ta’ bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira – eluf ta’ nies ħonqu t-toroq Maltin fil-mixja organizzata b’Risq Puttinu Cares.

Bit-tema ‘WAlk the Walk’ – din is-sena aktar minn 10,000 persuna ħadu sehem f’din il-mixja b’solidarjeta’ ma’ dawk li kollha jgħaddu minn tbatija ta’ mard.

NET News tkellem ma’ Joe Vella, wieħed mill-organizzaturi ta’ din l-attivita’, li 14-il sema ilu ħareġ bl-idea li tibda ssir din il-mixja. Hu stqarr li l-iskop ewlieni ta’ din il-mixja mhuwiex biex wieħed jiftaħar x’mixja mexa ta’30 kilometru  mill-Mellieħa sal-Isla – iżda biex wieħed jipprova jifhem il-‘mixja’ twila li persuna morda jesperjenzaw.

Matul il-mixja, ġie provdut ukoll servizz ta’ trasport.

Mal-wasla, il-parteċipanti kollha ngħataw ċertifikat ta’ attendenza, filwaqt li jkunu mistiedna jattendu għal Adorazzjoni, li ssir fil-Knisja ta’ Marija Bambina.

Intant illejal tkompli l-maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq Puttinu Cares fil-programm Xarabank.