Lokali

FILMAT: Xarabank teħel, jitneħħew il-karozzi biex iddur – u wara titla’ One Way

Din ix-xarabank saqet One Way wara li weħlet tipprova ddur, iżda minħabba nuqqas ta' spazzju weħlet bejn il-karozzi pparkjati

Xarabank teħel waqt li pruvat iddur fl-Isla – bil-konsegwenza li numru kbir ta’ karozzi kellhom jistennew għal ħin twil mhux ħażin.

Din ix-xarabank pruvat iddur, iżda minħabba nuqqas ta’ spazzju weħlet bejn il-karozzi pparkjati. Wara, issejħu s-sidien tal-karozzi biex jitneħħew ħalli dan ikun jista’ jdur. Hekk kif fl-aħħar irnexxielu jdur, din ix-xarabank instaqet kontra d-direzzjoni tat-traffiku fi triq ‘One Way’.

Dan seħħ hekk kif fl-Isla lbieraħ filgħaxija kien hemm bosta nies jagħmlu s-seba’ visti, kif ukoll l-aħħar preparamenti qabel jaslu eluf ta’ nies wara l-mixja ta’ Puttinu – inħoloq paniku fit-toroq hekk kif minħabba numru ta’ karozzi pparkjati fi Triq il-Vitorja – fil-fetħa ta’ quddiem l-għassa tal-Pulizija.

Minkejja li din it-triq hi One Way, rottot tal-linja għandhom il-permess li jidħlu – iżda kif inhu ċar din ix-xarbank ma hijiex rotta.