Futbol Sport

Jitħabbru l-finalisti għall-MFPA Awards 2017

Ritratt mill-edizzjoni tas-sena l-oħra tal-MFPA Awards

Il-Malta Football Players Association ilbieraħ ħabbret il-45 player nominati għall-MFPA Awards 2017. Iċ-ċerimonja ta’ unuri se tara 24 rebbieħ fi pletora ta’ kategoriji li jvarjaw mill-MFPA Best Player, Best Young Player, Best Female Player  u Best Coach fost oħrajn. Il-proċess ta’ selezzjoni sar b’konsultazzjoni ma’ kowċis tal-Premier League, delegati ta’ klabbs tal-MFPA u b’kunsiderazzjoni għall-ammont ta’ logħob li lagħbu l-plejers.

Din se tkun ir-raba edizzjoni tagħha, u ċ-ċerimonja tal-MFPA Awards saret avveniment mistenni fil-futbol Malti. F’din is-serata, l-MFPA ser tniedi wkoll trofew ġdid spettakolari, magħmul minn aluminju illustrat, u inkurunat b’ ballun tal-kristall. It-trofew ser jingħata lill-MFPA Best Player 2017. Iċ-ċerimonja ser issir fit-8 ta’ Mejju 2017, fil-Limestone Heritage, is-Siġġiewi.

Il-finalisti huma dawn:

MFPA L-aqwa gowlkiper żagħżugħ – Jurgen Borg (Gżira U.), Jake Galea (St. Andrews), Philip Shranz (Tarxien R.)

MFPA L-aqwa difensur żagħżugħ –  Cain Attard (Birkirkara), Jean Borg (Valletta), Daniel Zerafa (Tarxien R.)

MFPA L-aqwa midfielder żagħżugħ – Johann Bezzina (Hibernians), Jake Grech (Ħamrun S.), Ivan Paz (St. Andrews)

MFPA L-aqwa attakkant żagħżugħ –  Juan Corbalan (Gżira U.), Jurgen Degabriele (Hibernians), Kyrian Nwoko (St. Andrews)

L-aqwa XI tal-MFPA Gowlkiper (1) – Džiugas Bartkus (Valletta), Henry Bonello (Birkirkara), Andrew Hogg (Hibernians)

L-aqwa XI tal-MFPA Right-Back (1) – Cain Attard (Birkirkara), Marcelo Dias (Hibernians),  Enmy Manuel Peña Beltré (St. Andrews)

L-aqwa XI tal-MFPA Left-Back (1) – Leandro Aguirre (Valletta), Jurgen Pisani (Floriana), Joseph Zerafa (Birkirkara)

L-aqwa XI tal-MFPA Difensuri Ċentrali (2) – Andrei Agius (Hibernians), Jonathan Caruana (Valletta), Enrico Pepe (Florian),  Enzo Ruiz (Floriana), Elkin Serrano (Balzan), Rodolfo Soares (Hibernians)

L-aqwa XI tal-MFPA Midfielders (4) –  Triston Caruana (Tarxien R.), Alan Da Silva Da Souza (Balzan), Srdjan Dimitrov (Birkirkara), Denni Dos Santos (Sliema W.), Paul Fenech (Balzan), Jake Grech (Ħamrun S.), Bjorn Kristensen (Hibernians), Jackson Lima (Hibernians), Claudio Pani (Valletta), Ivan Paz (St. Andrews),   Mark Scerri (Sliema Wanderers), Gareth Sciberras (Birkirkara)

L-aqwa XI tal-MFPA Attakkanti (2) – Jurgen Degabriele (Hibernians), Jean Paul Farrugia (Sliema W.), Mario Fontanella (Floriana), Bojan Kaljevic (Balzan), Matteo Picciolo (Balzan), Ignacio Varela (Floriana)

Tags