Kmieni dalgħodu mara ta’ 57 sena minn San Ġiljan weġġgħet gravi wara li ttajret minn karozza fi triq il-Missjunarji Maltin fil-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta meta l-mara ttajret minn karozza tat-tip Honda Civic misjuqa minn żagħżugħ ta’ 28 sena mill-Imdina.
Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lill-mara ta’ 57 sena ġewwa l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa. Hija ġiet iċċertifikata li għandha ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>