NET News żar diversi wirjiet f’dawn il-jiem tar-Randan. Il-Ġimgħa Mqaddsa f’Malta hi mfakkra b’diversi tradizzjonijiet, fosthom il-wirjiet li jkunu armati f’kull raħal.
Dawn il-wirjiet jittellgħu b’passjoni kbira min-nies li ta’ kull sena dejjem jaraw li jżidu u jtejbu l-eżebizzjoni tagħhom fuq dak tas-sena l-oħra.
F’kull belt u raħal f’Malta ssib dawn il-wirjiet li jkomplu jsebbħu l-atmosfera tal-Ġimgħa l-Kbira – u li għalihom il-pubbliku għadu jżomm din it-tradizzjoni ħajja.
Fil-filmat, hemm siltiet minn numru ta’ wirjiet mtella’ fil-Fgura, Ħaż-Żabbar, Marsaskala u Ħal Luqa.
//= $special ?>