Il-Kummissjoni Indipendenti għar-Riforma tal-Finanzjament tal-Partiti, preseduta mill-Imħallef Giovanni Bonello, ħabbret li qed tniedi konsultazzjoni pubblika.
Il-Kummissjoni Indipendenti qalet li biex tiġi mgħejjuna f’ġudizzju xieraq tax-xenarju prezenti, il-pubbliku hu mistieden li jressaq ir-reazzjoniet u proposti fuq is-segwenti materji:
1. Finanzjament ta’ partiti politiċi u politiċi;
2. Jekk membri parlamentari għandhomx ikunu full-time jew part-time;
3. Finanzjament mill-Istat tal-partiti politiċi;
4. Konflitt ta’ interess dwar attivitajiet privati u professjonali tad-deputati;
Fl-istqarrija, il-Kummissjoni Indipendenti qalet li s-sottommissjonijiet bil-miktub għandhom jintbagħtu fuq is-sit elettroniku kummissjoniriforma@gmail.com sa nhar it-Tnejn 2 ta’ Mejju, 2017.
Peress li r-Rapport tal-Kummissjoni Indipendenti jista’ eventwalment isir pubbliku, min jgħaddi l-kummenti tiegħu hu ġentilment mitlub li jindika jekk ismu għandux jibqa’ kunfidenzjali.
//= $special ?>