Internazzjonali

Turista Britannika maqtula minn Palestinjan armat f’Ġerusalemm

epa05907355 Israeli Police block the road lead to the scene of a stabbing attack that toke place in Jerusalem light rail, at Zahal squre next to the wall of the old city of Jerusalem, 14 April 2017. Israeli police spokeswoman reported that a 25 years old Christain tourist from England was killed, and the attacker, A 57-year-old Palestinian from East Jerusalem neighborhood was arrested. EPA/ATEF SAFADI

Ingliża żgħażugħa nqatlet f’Ġerusalemm meta kienet qed tivvjaġġa fuq ferrovija u fejn hi spiċċat attakkata  minn raġel Palestinjan armat b’sikkina.

L-omiċidju seħħ fil-Kwartier Antik ta’ Ġerusalemm proprju meta l-belt tinsab mimlija bit-turisti għall-festa tal-Għid.

L-ewwel rapporti dwar l-attakk irreferew ukoll għal żewġ midruba oħra, li jinkludu mara tqila.

L-aggressur, li għandu 57 sena, spiċċa arrestat u qed jinżamm mill-qawwiet tas-sigurtà.