Matul il-lejl li għadda f’żewġ inċidenti weġġgħu gravi żewġ ċiklisti.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs, fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, Mellieħa.
F’dan l-inċident ċiklist ta’ 39 sena minn Birkirkara weġġa’ gravi wara li ttajjar minn quadbike misjuq minn raġel ta’ 57 sena.
Fil-każ l-ieħor, li seħħ ftit wara, għall-ħabta tat-tlieta neqsin għaxra, ċiklist ta’ 28 weġġa’ gravi wara li ttajjar minn vann fi Triq Kordin, Raħal Ġdid. Hu ttajjar minn vann misjuq minn żagħżugħ ieħor ta’ 27 sena mill-Isla wkoll.
Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lill-ġuvni ta’ 28 sena l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa. Huwa ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.
//= $special ?>