Fl-aktar logħba li spikkat mill-kampjonat Taljan, Milan kisbu draw drammatiku ta’ 2-2 kontra r-rivali Inter fl-ewwel derby bejn timijiet li issa qegħdin għand sidien Ċiniżi. Filwaqt li fl-ewwel derby tal-istaġun kienu Inter li salvaw punt fil-ħin barrani din id-darba seħħ bil-kontra.
Wara li Deulofeu laqat il-lasta fl-ewwel minuti Inter marru fil-vantaġġ wara 35 minuta b’gowl ta’ CANDREVA li, minkejja li f’pożizzjoni angulata, qabbeż il-ballun minn fuq il-gowlkiper Donnarumma.
Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima kien l-attakkant ICARDI li żied mal-iskor għal Inter b’xutt mill-viċin wara li kien irċieva mingħand Perisic. Għal icardi dan kien l-ewwel gowl tiegħu kontra r-Rossoneri.
Sitt minuti mit-tmiem bdiet ir-rimonta ta’ Milan meta dawn naqqsu d-distakk permezz ta’ ROMAGNOLI li approfitta minn konfużjoni fil-kaxxa u skurja b’volley tajjeb.
Minkejja li r-referee ta ħames minuti żejda kien fis-96 minuta meta Milan ġabu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner din id-darba kien ZAPATA li skurja b’volley għal skor finali ta’ 2-2.
//= $special ?>