In-numru ta’ proġetti infrastrutturali marbuta mat-toroq naqas bin-nofs mill-2015, skont rapport ippubblikat fil-gazzetta Times of Malta. Il-figura ta’ tnaqqis bin-nofs f’proġetti ta’ toroq ġejja fid-dawl tal-ftaħir mill-Gvern li rreġistra surplus.
Skont l-artiklu ta’ The Times, in-numru ta’ xogħolijiet approvati jammontaw għal 150 biss – tnaqqis drastiku meta mqabbel mal-2015. Parti mit-tnaqqis ġej mill-fatt li sentejn ilu kienu qed isiru numru ta’ xogħolijiet li kienu tlestew. Imma minflok bdew proġetti ġodda, ma sar xejn.
The Times innutat dan it-tnaqqis minħabba studji li tagħmel minn sena għall-oħra dwar in-numru ta’ proġetti marbuta mat-toroq. Skont The Times, it-traffiku u l-konġestjoni tat-toroq, xi drabi minħabba xi xogħolijiet li jkunu qed isiru, huma żewġ affarijiet li jiffrustraw lis-sewwieqa.
Fl-aħħar ġimgħat, il-Gvern, bil-Prim Ministru Joseph Muscat, ftaħar li l-Gvern għalaq is-sena 2016 b’surplus. Iżda wara kien żvelat li s-surplus ġie askapitu tal-investiment kapitali – jiġifieri proġetti infrastrutturali fost oħrajn. Issa, minn dak rappurtat minn The Times, jirriżulta li x-xogħolijiet marbuta tat-toroq naqsu bin-nofs fuq il-perjodu tal-aħħar sentejn.
Intant, f’diskorsi politiċi riċenti, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed iwettaq l-akbar programm ta’ proġetti infrastrutturali li qatt ra pajjiżna.
//= $special ?>