Lokali

Nuqqas ta’ nisa għall-Eżekuttiv tal-PL; jerġa’ jitfaċċa Neville Gafa’

Il-kriżi li jinsab fiha l-Partit Laburista kompliet tiġi kkonfermata fin-nomini tal-elezzjoni għall-Eżekuttiv, hekk kif jidher li t-tmexxija tal-Partit qed issibha diffiċli biex issib nisa biex jikkontestaw l-elezzjoni. Fil-fatt, minn 19-il nomina, 4 biss minnhom huma nisa, u li l-erba’ nisa huma diġà qegħdin fl-Eżekuttiv tal-Partit Laburista. Dan ifisser li għal din l-elezzjoni, l-Prim Ministru ma rnexxielu jikkonvinċi lil ebda mara ġdida biex tikkontesta din l-elezzjoni.

Mid-19-il persuna li se jikkontestaw din l-elezzjoni, jridu jiġu eletti 12 nhar is-Sibt li ġej. Fost dawk li qed jikkontestaw, jispikka l-isem ta’ Neville Gafa, l-bniedem involut fl-iskandlu tal-visas lill-Alġerini.

Interessanti wkoll in-nominazzjonijiet għal din l-elezzjoni, fejn spikka l-fatt li ċertu kandidati nnominaw lil xulxin, f’dik li kollox jindika li hi nuqqas ta’ interess kbir ta’ nies li jikkontestaw għal dan l-organu tal-Partit Laburista. Per eżempju wieħed isib li Konrad Mizzi nnomina żewġ persuni, waqt li ż-żewġ nisa Għawdxin Ġuża Cassar u Monica Farrugia nnominaw lil xulxin.