Sewwieq ta’ mutur ta’ 51 sena mill-Birgu ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Bormla. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.00am fi Triq San Ġwann t’Għuxa, meta għal xi raġuni jew oħra kien hem impatt bejn il-mutur u l-karozza.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq lejn l-isptar għal aktar kura. Is-sewwieq qed isofri minn grieħi ħfief b’kawża tal-inċident.
Il-Pulizija tad-distrett qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>