Lokali

AĠĠORNATA – Azzjoni Industrijali mill-cabin crew tal-Air Malta – Titjiriet jitilqu nofs siegħa tard

Ajruplan tal-Air Malta (ritratt ġenerali)

AĠĠORNATA B’ RISPOSTA MILL-AIR MALTA

Kelliem għall-Air Malta qal li l-azzjoni kienet riżultat ta’ nuqqas ta’ ftehim dwar prattiċi ta’ xogħol mill-cabin crew. “Wara diskussjonijiet li kienu konklużi ftit ilu, l-Air Malta waslet għal ftehim mal-Union tal-Cabin Crew dwar it-triq ‘il quddiem bil-għan li jkunu evitati sitwazzjonijiet bħal tal-lum.”

Iktar kmieni

Membri tal-union tal-cabin crew tal-Air Malta bdew azzjoni industrijali li qed taffettwa it-titjiriet tal-Air Malta li qed jitilqu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Minn informazzjoni li għandu netnews.com.mt jidher li l-azzjoni bdiet għall-ħabta tat-3p.m. u qed twassal biex titjiriet tal-Air Malta qed jitilqu nofs siegħa tard.

Kelliem għall-Union tal-Cabin Crew ikkonferma li bħalissa għaddejja azzjoni industrijali. Aktar aġġornamenti hekk kif jaslulna.

Madwar xahar ilu, saret ukoll azzjoni industrijali mill-union tal-cabin crew li wasslet għal dewmien ta’ kważi siegħa fit-tluq ta’ titjiriet tal-Air Malta.