Lokali

Filmat: Pulizija tingħata l-kura wara li rrispondiet għal rapport ta’ ħruq f’residenza

Uffiċjali tal-Pulizija kellha tittieħed l-isptar għall-kura wara li sofriet attakk tal-ażma waqt li kienet qed tirrispondi għal rapport ta’ ħruq f’appartament f’Tas-Sliema.

Jirriżulta li fl-inċident, li seħħ fi Triq Nazzarenu f’Tas-Sliema, residenta nsiet il-borma fuq in-nar bil-konsegwenza li din qabdet. Fortunatament hi rnexxielha toħroġ mir-residenza mingħajr problemi.

Filwaqt li kawża tan-nirien ħadd ma weġġa’, l-uffiċjal tal-Pulizija kellha tingħata l-kura minħabba attakk tal-ażma kawża tad-duħħan. Hi ngħatat l-ewwel għajnuna minn residenti fl-inħawi, qabel wasal fuq il-post tim mediku.

Fil-post ukoll waslu uffiċjali tal-Pulizija, kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili.