Lokali

Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa l-Kbira: Il-Bormliżi jagħmlu ġabra għaċ-ċkejken Ziam

Waħda mill-iktar purċissjonijiet popolari mal-Maltin, dik tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ Bormla, serviet ukoll ta’ okkażjoni biex il-Bormliżi nfushom u l-mijiet ta’ Maltin u Għawdxin li attendew jagħmlu ġest ta’ karità.

Dan hekk kif matul il-purċissjoni, saret ġabra għat-tfajjel Ziam li fl-aħħar xhur kellu numru ta’ interventi mediċi lil hinn minn xtutna. Bl-għajnuna tar-reffiegħa u dawk involuti fil-preparamenti u l-attivitajiet tal-Ġimgħa l-Kbira, inqabżet is-somma ta’ €700.

Ziam bħalissa jinsab barra minn Malta, flimkien mal-familja tiegħu, biex jieħu l-kura għal kundizzjoni serja u rari li jsofri minnha.