Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil favur il-projbizzjoni ta’ nies b’wiċċhom mgħotti fil-pubbliku

Simon Busuttil qal li din il-pożizzjoni kontra l-Burqa ttieħdet fuq għal raġunijiet: is-sigurta’ u l-importanza li tara l-wiċċ fl-interazzjoni umana.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil hu favur li jiġi projbit l-ilbies tal-Burqa fil-pubbliku – velu li jgħatti l-wiċċ sħiħ. Simon Busuttil qal li din id-deċiżjoni ttieħdet għal żewġ raġunijiet: is-sigurta’ f’Malta u fl-Ewropa, u kif ukoll l-importanza li tara l-wiċċ fl-interazzjoni umana.

F’risposti lill-gazzetta The Malta Independent on Sunday, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista irrefera għar-riżoluzzjoni tal-Partit Popolari Ewropew – il-familja politika tal-Partit Nazzjonalista fl-Ewropa – bit-titlu: “Għal soċjeta’ magħquda – niġġieldu l-estremiżu iżlamiku”.

Simon Busuttil qal li din ir-riżoluzzjoni kontra l-Burqa ttieħdet fuq żewġ raġunijiet: is-sigurta’ u l-importanza li tara l-wiċċ fl-interazzjoni umana.

Din ir-riżoluzzjoni li Simon Busuttil appoġġja ttieħdet waqt il-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew li ġie organizzat f’Malta ftit tal-ġimgħat ilu. F’dan il-Kungress indirizzaw it-tema tal-ġlieda kontra l-estremiżmu Islamiku u t-terroriżmu diversi kapijiet ta’ stati u istituzzjonijiet Ewropej; bħal tal-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel u l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk.

L-istess gazzetta The Malta Independent on Sunday qalet li l-pożizzjoni tal-Gvern Laburista dwar dan is-suġġett hi vaga.