Il-Knisja Kattolika llum tiċċelebra l-ikbar festa Kristjana, il-qawmien mill-mewt ta’ sidna Ġesu Kristu. Diversi parroċċi madwar Malta u Għawdex joħorgu bil-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt.
Tradizzjoni li tara l-istatwa tal-Irxoxt ddur it-toroq, il-banda ddoqq il-marċi brijjużi, tfal jaqbżu u jippruvaw jaqbdu l-konfetti, u tradizzjonijiet antiki bħat-tqassim taċ-ċikkulata lit-tfal minn qoffa matul il-purċissjoni. Dan kollu fost id-daqq tal-qniebel tal-Knisja Parrokkjali. Ma’ tonqosx l-ġirja tradizzjonali bl-istatwa tal-irxoxt.
Filwaqt li ħafna lokalitajiet jiċċelebraw il-purċissjoni filgħodu, hemm oħrajnli jagħmlu l-purċissjoni filgħaxija.
netnews.com.mt jawgura l-Għid it-tajjeb lil kulħadd!
//= $special ?>