Sport Sport Ieħor

Kyrgios jirtira mill-Masters ta’ Monte Carlo

Kyrgios se jibda l-istaġun fuq it-tafal f'Mejju (Ritratt: EPA)

L-Awstraljan Nick Kyrgios ikkonferma li mhux se jibda l-istaġun tiegħu fuq it-tafal qabel Mejju. It-tennista ta’ 21 sena ħabbar dan fuq il-profil tiegħu fuq Twitter il-Ġimgħa.

Din l-aħbar kienet mistennija wara li aktar kmieni fil-ġimgħa, kien ġie rappurtat li kien qed jikkunsidra jirtira mill-kompetizzjoni tal-Masters ta’ Monte Carlo li jibda l-Ħadd.

Minkejja li Kyrgios ma ta l-ebda raġuni għall-irtirar tiegħu, hu mifhum li qed isofri minn għajja wara bidu ta’ staġun mimli logħob. Il-ġimgħa l-oħra, hu kien parti mit-tim Awstraljan li għeleb lill-Istati Uniti jasal sas-semifinali tat-Tazza Davis.

Il-plejer li twieled f’Canberra issa se jieħu sehem fl-Open ta’ Estoril fil-Portugall li jibda f’Mejju. Roger Federer u Gael Monfils diġa kkonfermaw li mhux se jieħdu sehem fit-tournament tal-ġimgħa d-dieħla li se jsir fin-nofsinhar ta’ Franza.