Futbol Sport

Liverpool jerġgħu fit-tielet post

Roberto Firmino jiċċelebra wara li skorja (Ritratt: EPA)

Liverpool reġgħu jinsabu fit-tielet post tal-Premier League Ingliż wara li għelbu lil West Bromwich Albion 1-0 f’The Hawthorns. B’hekk it-tim ta’ Klopp jinsab żewġ punti fuq Manchester City b’66 punt, iżda għandhom logħba aktar mit-tim ta’ Guardiola.

Il-gowl deċiżiv ġie skorjat minn Roberto Firmino eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima. Fl-aħħar ħinijiet West Bromwich Albion attakkaw b’insistenza biex isalvaw ir-riżultat, iżda ma rnexxielhomx ikunu perikolużi biżżejjed biex jiksbu l-gowl tad-draw.