Anzjana ta’ 73 sena residenti ż-Żejtun sofriet ġrieħi gravi wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha u spiċċat fuq roundabout li tinsab faċċata ta’ dik li kienet il-fabbrika tas-sulfarini, fi Triq Aldo Moro, fil-Marsa.
L-inċident seħħ fl-16:00 meta s-sewwieqa kienet qed idur fi Triq Aldo Moro, direzzjoni lejn Ħal Qormi, lura lejn il-Marsa. Iżda għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura Toyota Vitz, telgħet fuq il-bankina għolja li ddawwar din ir-roundabout u ħabtet f’arblu.
Ambulanza ġiet imsejħa fuq il-post biex tieħu lill-mara l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa. Aktar tard hija ġiet iċċertifikara li qed issofri min ġrieħi gravi.
L-investigazzjonjiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>


