Formula 1 Sport

Sebastian Vettel jirbaħ il-Grand Prix tal-Bahrain

Sebastian Vettel (nofs) bit-trofew tal-ewwel post, b'Lewis Hamilton (xellug) u Valtteri Bottas (lemin) jkomplu l-podium (Ritratt: EPA)

Sebastian Vettel jinsab seba’ punti vantaġġ fil-klassifika tas-sewwieqa wara li rebħa it-tielet Grand Prix tal-istaġun fil-Bahrain, wara taqtigħa oħra missielta ma’ Lewis Hamilton. L-aħħar sforzi mill-Brittaniku waslu tard biex iwaqqaf rebħa straordinarja tal-Ferrari, b’sieħbu Valtteri Bottas itemm it-tielet.

Kimi Raikkonen temm ir-raba’ għal Ferrari, b’Daniel Ricciardo jkun l-uniku sewwieq tar-Red Bull li temm it-tiġrija bil-ħames post, wara li sieħbu Max Verstappen irtira kmieni wara problemi fil-brejkijiet. Felipe Massa assigura s-sitt post għal Williams, segwit minn Sergio Perez tal-Force India u Romain Grosjean ta’ Haas. Nico Hulkenberg tar-Renault u Esteban Ocon tal-Force India komplew l-ewwel għaxra.